Basketball Sport

Żewġ impenji internazzjonali għal Bernard Vassallo

Ir-referee internazzjonali Malti tal-basketball Bernard Vassallo jinsab impenjat f’żewġ appuntamenti internazzjonali fl-Ungerija. Ilbieraħ hu kkontrolla l-logħba mis-sitt u l-aħħar ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-Euro Cup tal-FIBA bejn Uni Gyor u t-tim Spanjol Avenida Salamanca. Din il-logħba ntlagħbet fil-University City Arena ta’ Gyor.

Illum, Vassallo hu mpenjat fil-konfront deċiżiv minn Grupp tal-Euro Cup tal-FIBA bejn l-Ungeriżi CKK Cegled u l-Griegi Olympiacos. Din il-logħba se tintlagħab fil-Gal Jozsef Sportcsarnok Arena u min jirbaħ dan il-konfront jikkwalifika bit-tieni post fil-fażi tal-play-offs. Flimkien ma’ Vassallo li hu r-referee prinċipali, bħala uffiċjali f’dawn iż-żewġ logħbiet hemm is-Sloven Goran Grbic u t-Tork Duhan Koyici.