Lokali

L-ASSASSINJU TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA: 10 fatti xokkanti li jippuntaw lejn Kastilja

Kienu ħafna l-qlajjiet li bdew jippuntaw kollox lejn Kastilja malli bdew isiru l-arresti fil-każ tal-assissnju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia iżda dawn il-qlajjiet issa jidher li qed jikkonfermaw li kollox kien immanuvrat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru… dettalji xokkanti li qed joħorġu mix-xhieda fil-Qorti.

1.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li kompla jikkomunika permezz ta’ messaġġi ma’ Yorgen Fenech anke wara li kien infurmat li n-negozjant kien is-suspettat ewlieni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

2.

Keith Schembri, eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, kellu rabta mill-qrib kemm ma’ Yorgen Fenech kif ukoll mal-middleman Melvin Theuma. Dan tal-aħħar deher f’ritratt ma’ Schembri waqt li kienu f’Kastilja u semmieh ukoll bħala wieħed minn dawk involuti fl-assassinju. Dan permezz ta’ ittra li hu kiteb meta kien qed jibża li se joqtluh. Ir-ritratt ittieħed minn Sandro Craus, Sindku Laburista tar-Rabat li jaħdem Kastilja.

Ritratt: MaltaToday – Keith Schembri u Melvin Theuma f’Kastilja

3.

Yorgen Fenech allega li Keith Schembri kkuntattjah waqt l-investigazzjonijiet u prova jikkonvinċieh biex ma jikxfux. Din l-istorja qatt ma ġie miċħuda. Yorgen Fenech saħansitra żvela li Keith Schembri pprova jattwa pjan li permezz tiegħu n-negozjant jaħrab minn Malta qabel ġie arrestat. Sa lejliet ipprova jħalli pajjiżna, Fenech allegatament kellu konverżazzjoni fit-tul ma’ Keith Schembri. Minkejja dan kollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ippermetta li Keith Schembri jkompli jattendi laqgħat tas-Servizzi Sigrieti waqt li kien qed jiġi diskuss l-involviment ta’ Yorgen Fenech fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

4.

Fix-xiehda ħareg illi kien Sandro Craus, is-Sindku Laburista tar-Rabat li jaħdem f’Kastilja bħala assistent ta’ Joseph Muscat, illi laqqa’ lill-middleman Melvin Theuma ma’ Keith Schembri. Jidher li b’kollox Melvin Theuma kellu żewġ laqgħat ma’ Schembri.

Sandro Craus u Joseph Muscat

5.

Melvin Theuma qal li hu kien ingħata job mal-Gvern …ftit gimghat qabel l-elezzjoni generali, iżda qatt ma irrapporta għax-xoghol – job falz li ingħata lilu wara l-laqgħa ma’ Keith Schembri…u li għalih tħallas b’xi 4 ċekkijiet minn Kastilja.

il-kuntartt tax-‘xogħol’ mal-Gvern ta’ Melvin Theuma

6.

Yorgen Fenech kien infurmat minn qabel li kien se jsir ir-raid tal-4 ta’ Dicembru meta saru l-arresti. Fenech….dejjem skont Melvin Theuma…. allegatament kien jaf 4 ijiem qabel b’din l-informazzjoni li kienet biss għand is-Servizzi Sigrieti; u allura informazzjoni li zgur kienet ukoll f’idejn Keith Schembri u Joseph Muscat, li t-tnejn kienu jkunu preżenti għal dawn il-laqgħat.

Ir-raid fil-Marsa

7.

Xokkanti wkoll li persuna minn Kastilja identifikat bhala ‘Kenneth’ ta informazzjoni lil Melvin Theuma illi kienet se tingħata l-liberta’ proviżorja lill-aħwa Degiorgio. Wara, lil Mario Degiorgio…li jigi ħu l-akkużati…Melvin Theuma kien qallu “intellghek hdejn Keith Schembri il-Mellieħa u issortjawha bejnietkom” din tal-liberta’ proviżorja lil ħutek. Il-wiegħda kienet li jingħataw ukoll miljun ewro kull wieħed – iżda ma kienx ċar għal xi kien qed jirreferi. Net News ikkonferma li dan is-security li ssemma’ fil-Qorti huwa Kenneth Camilleri, li għandu wkoll rabtiet mill-qrib ma’ Neville Gafa’, ħabib tal-Prim Ministru u b’uffiċċju Kastilja.

Kenneth Camilleri

8.

Keith Schembri saħansitra kien qal lil Fenech li l-mobiles kienu ser jiġu ttapjati mill-pulizija biex dan seta’ joqgħod attent… qallu meta kienu se jibdew l-arresti u żammu nfurmat b’kull dettall li kienu jafu bih biss il-pulizija.

Neville Gafa’ u Keith Schembri

9.

Yorgen Fenech fakkar kif Schembri kien qallu li kien daħħal lill-mara tal-ispettur Keith Arnaud taħdem ma’ Infrastructure Malta. L-Ispettur Arnaud, waqt l-investigazzjoni, kien qal lil Fenech li ‘There is light at the end of the tunnel’. Fenech qal li Arnaud kien qallu joqgħod attent lil min isemmi waqt l-interrogazzjoni u meta staqsa jekk kienx qed jirreferi għal Schembri, ir-risposta kienet waħda pożittiva. Yorgen Fenech kompla jisħaq li l-ispettur Keith Arnaud kien qed iżomm lil Keith Schmebri aġġornat b’dak kollu li qed joħroġ mill-investigazzjoni flassissinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Keith Arnaud

10.

Fenech kien kwotat jgħid li Keith Schembri kien għaddielu script b’dak li għandu jgħid lill-pulizija waqt l-interrogazzjoni. Diversi media kwotat lil Fenech; “Jien segwejt l-iskrittura mogħtija lili minn Keith Schembri. Jien ingħatajt dan meta ġejt arrestat u ieħor nhar il-Ħadd wara l-ħelsien mill-arrest appena wasalt id-dar tiegħi.” qal Fenech. Hu kompla jgħid li kien avżat biex lil Keith Schembri ma jsemmiħx f’dak li jgħid lill-pulizija iżda qal li diġa’ kien hemm ħafna evidenza li timplika lil Schembri fil-każ jew tal-anqas viċin il-każ. Fenech qal li appena semma lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, ra ħeffa u għaġla biex jitressaq il-qorti akkużat  bl-ordni tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Hu qal li kien hawnekk fejn il-pulizija anke ħadu apparat elettroniku tat-tfal u tal-mara tiegħu.

Joseph Muscat u Keith Schembri