Internazzjonali

Fl-Indja medja xokkanti ta’ 92 stupru kuljum

Allegata vittma ta’ stupru, mara Indjana ta’ 23 sena, qed tiġġieled għal ħajjitha wara li ngħatat in-nar waqt li kienet fi triqtha lejn il-qorti fit-Tramuntana tal-Indja. Hi kienet fi triqitha għas-smigħ tal-każ li ressqet kontra żewġt irġiel f’Marzu.

Hija tinsab f’kundizzjoni kritika fl-isptar, fejn qed tiġi kkurata għal ħruq gravi.

Ħames irġiel, inklużi tnejn mill-allegati aggressuri, ġew arrestati fuq suspett li waqqfuha milli tasal sal-qorti biex tagħti x-xhieda tagħha.

Il-mara kienet fi triqitha lejn stazzjon tal-ferrovija meta grupp ta’ rġiel attakkawha u kaxkruha lejn għalqa viċin, fejn tawha n-nar, skond rapporti fil-midja lokali.

L-inċident seħħ fid-distrett ta’ Unnao, li riċentement ukoll kien fl-aħbarijiet dwar każ ta’ stupru ieħor.

L-istupru u l-vjolenza sesswali fuq in-nisa ilhom iseħħu fl-Indja fosthom stupru f’Diċembru tal-2012 u l-qtil ta’ mara żagħżugħa fuq xarabank fil-kapitali, Delhi… min dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda sinjal li r-reati kontra n-nisa qed jonqsu.

Skont l-aħħar figuri tal-kriminalità fil-pajjiz, il-pulizija rreġistraw aktar minn 33,650 każ ta’ stupru fl-Indja fl-2017… medja xokkanti ta’ 92 stupru kuljum.