Lokali

Interrogat id-Direttur tal-entita’ fejn kien “jaħdem” Melvin Theuma

Id-direttur tal-Housing Maintenance and Embellishment Co. matul il-jum ġie interrogat mill-Pulizija fid-Depot tal-Furjana wara d-dettalji ġodda li ħarġu lbieraħ fil-Qorti.

Dan wara li Xarabank żvela illi Melvin Theuma ġie mpjegat mal-Gvern fl-1 ta’ Mejju 2017 – fil-jum meta tħabbret l-elezzjoni. Fil-fatt, hu ġie impjegat mal-kumpanija Housing Maintenance and Embellishment Co. li hija kumpanija tal-Gvern. Qal ukoll li l-job ingħata lilu ftit wara li kellu laqgħa f’Kastilja ma’ Keith Schembri, li tah kafe’ u tah tour tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Kien propju ilbieraħ illi sar magħruf li l-middleman fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, verament kien impjegat mal-Gvern b’kuntratt full time indefinit.

Dan kollu jgiddeb stqarrija oriġinali li ħarġet mill-Gvern.

Fil-Qorti Melvin Theuma qal li hu kien ingħata job mal-Gvern …ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, iżda qatt ma rrapporta għax-xogħol – job falz li ngħata lilu wara l-laqgħa ma’ Keith Schembri…u li għalih tħallas b’xi 4 ċekkijiet minn Kastilja.