L-assistent ta’ Joseph Muscat Sandro Craus qal li għalissa mhux se jirriżenja jew jissospendi lilu nnifsu għaliex ħadd ma qalu biex jagħmel dan. Dan inkluż il-PM Joseph Muscat.
Dan ħareġ fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali tar-Rabat meta kien mistoqsi mill-Kunsilliera tal-PN tal-istess lokalità.
Isem Sandro Craus feġġ hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-aħwa DeGiorgio u Vincent Muscat, meta l-Erbgha ta x-xhieda tiegħu għall-ewwel darba Melvin Themua. Min dix-xhieda ħareġ li kien Craus li laqqa’ lill-middleman Melvin Theuma ma’ Keith Schembri.
Meta kien mistoqsji għal darba darbtejn dwar l-aħħar żviluppi u x’reazzjoni għandu issa li ismu fegg f’dan il-każ, Sandro Craus qal biss, li leali lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat.
F’dak li ħareġ s’issa mix-xhieda jidher li anke l-famuż ritratt li ħadu Keith Schembri u Melvin Theuma f’Kastilja, ittieħed mill-istess Sandro Craus.
Kuntrarju ghal Sandro Craus, l-eks Pulizija u bodyguard ta’ Muscat, Kenneth Camilleri, li wkoll issemma’ fl-istess xiehda, dan mal-ewwel gie sospiz b’effett immedjat minn Transport Malta.
Intant fl-ahhar sigħat ħarġu wkoll provi ġodda illi juru kemm il-gvern qed jigdeb fil-konfront tal-middleman Melvin Theuma. Dan meta dokument ippubblikat minn Xarabank juri li Theuma, għal ftit ġimgħat, kien ingħata job mal-Housing.
Ftit tas-sigħat qabel, Kastilja kienet qalet li m’għandiex record ta’ dan l-impjieg – job fażull, li inċidentalment ingħata eżatt fil-jum meta faqqgħet l-elezzjoni tal-2017.
//= $special ?>