Lokali

L-impjieg li ngħata Melvin Theuma mal-gvern hu ta’ inkwiet kbir – MEA

Ritratt: MaltaToday
"Dan kollu jmur kontra governanza tajba u hu ta' abbuż mill-fondi pubbliċi"

L-assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem, l-MEA ssostni li l-fatt li ġie stabbilit li Melvin Theuma ngħata job fantasma mal-gvern hu ta’ inkwiet kbir u għalhekk qed titlob sabiex issir inkjesta sabiex tistabilixxi jekk hemmx każijiet oħra ta’ persuni li bħal Melvin Theuma ngħataw job fantasma.

L-MEA permezz ta’ staqrrija qalet wkoll li skont dak li ġie rrapurtat anke riċentament fil-media, il-każ ta’ Melvin Theuma ma nistgħux narawh bħala wieħed iżolat. Kien hawn fejn l-MEA għamlet referenza għall-fatt li s’issa ħadd ma refa’ r-responsabilita’ minn naħa tal-gvern sabiex kif, fejn u meta ġie impjegat Neville Gafa.

L-MEA qalet li dan kollu jmur kontra governanza tajba u hu ta’ abbuż mill-fondi pubbliċi.

Qalet wkoll li hu inaċettabbli li meta fis-settur privat min iħaddem hu ddisprat biex isib ħaddiema tajbin minn naħa -oħra fis-settur pubbliku nsibu tai abbużi u din hi inġustizzja fil-konfront tas-settur tan-negozji

Għal darb’oħra l-MEA saħqet li fid-dawl tal-informazzjoni kollha li ħierġa jkun aħjar jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat jirriżenja immedjatament għall-ġid tal-pajjiż.