Lokali

Rapporti jindikaw li Chris Fearne qed jiġi mbuttat biex ikun hu biss li jitfa’ n-nomina

Diversi Membri Parlamentari tal-Gvern iridu li jkun biss d-deputat Chris Fearne li jitfa’ n-nomina tiegħu għall-mexxej tal-Partit Laburista.

Skont artiklu ppublikat fuq is-sit maltatoday, fi ħdan il-Partit Laburista bħalissa għaddejjin negozjati sabiex l-elezzjoni biex jinħatar mexxej ġdid ikun hemm biss Chris Fearne li jikkontesta u dan bl-iskop li Joseph Muscat iwarrab fi-jiem li ġejjin minflok iżomm postu sal-20 ta’ Jannar.

Jirriżulta li fil-Partit Laburista għaddejjin manuvri sabiex dawk li wrew interess sabiex jikkontestaw għal din il-kariga jippruvaw jikkonvinċuhom biex ma jitfgħux in-nomina tagħhom.

Jekk ikun biss il-Ministru Chris Fearne li jitfa’ n-nomina tiegħu hu xorta waħda jkollu jmur quddiem id-delegati tal-Partit Laburista sabiex jiġi kkonfermat.

In-nominazzjonijiet jiftħu t-tnejn li ġej u jgħalqu jumejn wara.