Lokali

Robert Abela se jservi fejn n-nies jaraw li jgħodd għalih

Hekk kif qed tkompli l-kampanja fil-Partit Laburista għal min se jieħu post Joseph Muscat, bosta qed iwasslu l-messaġġi tagħhom permezz ta’ posts fuq Facebook.

L-MEP Miriam Dalli ħabbret li mhux se tkun qed tikkontesta f’din il-kampanja li diġa bdiet toħloq gwerra fi ħdan il-Partit Laburista fi żmien tant kruċjali għal pajjiżna li qed iħalli nies fil-Gvern iffukati fuq il-ġirja għas-siġġu ta’ Kastilja minflokk fuq il-kriżi politka li Malta tinsab fiha bħalissa.

Ftit tas-sigħat wara, kien Robert Abela illi b’mod apert wera li interessat f’xi kariga iżda ma speċifikax liem eżatt.

Hu qal li fih qed jintwera “appoġġ qawwi u mħabba minn eluf ta’ Laburisti”. Robert Abela kompla “Li f’mumenti ta’ biża’ fejn bkejt għax żammejt mas-sewwa, nerġa’ nagħmel il-kuraġġ u nkompli.” Biex il-karba li ilu jxerred sabiex jibżgħu għall-Laburisti tasal.

Abela qal li “Biex il-Partit Laburista jerġa’ lura għand in-nies ġenwini”, jista’ joffri biss li din il-ħidma jkompliha b’sinċerita’ u umilta’, fir-rwol li n-nies jaraw li jgħodd għalih. “Bla kompromessi mal-kuxjenza.” u mingħajr ma speċifika x’kariga qed jitkellem fuqha.

Madanakollu l-unika kariga li fl-apert hija waħda li se tintela’ sa’ Jannar hija dik ta’ mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta.