Il-membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli kitbet fuq Facebook li m’hix se tkun qed titfa’ n-nomina tagħha għall-elezzjoni ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista.
Miriam Dalli kitbet li wara li kkunsidrajt l-affarijiet kollha, iddeċidiet li ma tikkontestax għall-mexxej tal-Partit Laburista.

L-elezzjoni fil-Partit Laburista sabiex jinħatar mexxej ġdid se ssir f’Jannar 2020 dan wara li l-mexxej Laburista Joseph Muscat il-Ħadd ħabbar li se jkun qed jirriżenja minn mexxej Laburista u minn Prim Ministru fl-20 ta’ Jannar 2020 bir-raġuni li ta tkun li hekk hemm bżonn bħalissa fil-pajjiż.
//= $special ?>