Lokali

Il-Moviment Graffitti jippreżentaw ittra lill-Kabinett biex jitnaddaf il-“ħmieġ”

Il-Ġimgħa filgħodu ntbagħtet ittra ffirmata minn 360 individwu u għaqda ta’ twemmin politiku Xellugi, Soċjalist u progressiv.

L-ittra tesprimi l-għadab lejn is-sitwazzjoni preżenti li hi bla preċedent, bil-klassi tan-negozju ħakmet il-poter u li ta’ din is-sitwazzjoni qed jinħassu l-effetti b’mod dirett.

Qed jitolbu sabiex il-Partit Laburista inaddaf il-ħmieġ li ħallew membri tal-klassi tan-negozjanti bir-relazzjoni indiċenti tagħhom ma’ membri ta’ dan il-Gvern; investigazzjoni immedjata u possibbilment ir-revokazzjoni tal-privatizzazzjonijiet; istituzzjonijiet ħielsa mill-ktajjen tal-partiġġjaniżmu politiku u mill-indħil ta’ min għandu saħħa politika jew ekonomika; u li tieqaf il-liġi tal-ġungla fejn min għandu l-flus iħoss li huwa ogħla mil-liġi.

Il-firmatarji huma, fost oħrajn, ħaddiema, studenti, akkademiċi, artisti, ġurnalisti, u jinkludu wkoll attivisti tal-Partit Laburista.