Lokali

Il-President jiddikjara li m’għandux iktar poteri milli diġa’ eżerċita

Il-President ta’ Malta George Vella ddikjara li l-Kostituzzjoni ma toffri ebda poteri lill-President, aktar minn dawk li huwa eżerċita s’issa.

Din l-istqarrija toħroġ wara li, fi kliem il-President stess, sarulu diversi talbiet biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa.

Fid-dawl ta’ dan, il-President tenna mill-ġdid li “fl-aġir tiegħu ma jistax jaħdem barra mill-konfini tal-Kostituzzjoni għaliex jekk jagħmel hekk ikun huwa stess li qiegħed jikser il-Kostituzzjoni.”

“M’hemmx bażi legali u Kostituzzjonali biex jintlaqgħu dawn l-appelli,” jiddikjara l-President.