Sport Sport Ieħor

Malta tispiċċa t-tieni fil-Kampjonat tal-Mediterran

Ftit tal-ħin ilu, is-sewwieq Malti Julian Farrugia spiċċa fit-tieni post fl-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li saret fil-Korsa del Mediterraneo f’Siracusa. Hu tellaq bin-numru wieħed biż-żiemel Stevemcqueen Treb u kellu tiġrija pożittiva.

Sfortunatament, b’dan ir-riżultat Malta spiċċat it-tieni fil-Kampjonat tal-Mediterran. It-tim Malti kien magħmul minn Noel Baldacchino, Clint Vassallo, Paul Galea, Charles Camilleri u l-istess Julian Farrugia, bl-Italja toħroġ rebbieħa b’vantaġġ ta’ punt.

It-tiġrija kienet is-seba’ waħda fil-programm u kienet fuq distanza ta’ 1600 metru bi premju totali ta’ €4180. Din it-tiġrija kellha punti doppji.