Lokali

Jibqa’ l-mpenn biex jissolva l-qtil ta’ Raymond Caruana

Inizjattiva biex jitħawlu fil-Gudja 33 siġra taż-żebbuġ biex jissimbolizzaw il-paċi fil-pajjiż

Nibqgħu impenjati li ngħinu fejn hemm bżonn biex jissolva l-qtil politiku ta’ Raymond Caruana li seħħ fil-5 ta’ Diċembru 1986 u li għadu mhux solvut.

Dan sosntieh l-ex kandidat tal-PN għall-parlamant Ewropew u ġurnalist Dione Borg meta kien qed jitkellem waqt il-kommemorazzjoni tat-33 sena mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana li saret ilbieraħ 5 ta’ Diċmebru 2019 fil-Gudja.

Il-folla li lbieraħ attendiet għat-tifkira ta’ Raymond Caruana fl-Gudja

Il-kommemorazzjoni bdiet bit-tqegħid ta’ kurini tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana fil-Gudja mill-Kap tal-PN Adrian Delia, familjari ta’ Raymond Caruana, sezzjonijiet tal-PN u Carmel Cacopardo, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jpoġġi kuruna fuq il-qbar ta’ Raymond Caruana
iċ-Chairperson ta’ Alternattvia Demokratika Carmel Cacopardo jpoġġi fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana

Wara saret quddiesa għal ruħ Raymond Caruana fil-Knisja Arċipretali Santa Marija tal-Gudja li għalija – mal-Kap tal-PN Adrian Delia – attendew il-President Emeritus Eddie Fenech Adami, l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil, uffiċjali tal-PN, deputati u attivisti.

Il-President Emeritus Eddie Fenech Adami, il-Kap tal-PN Adrian Delia, l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-ex Kap tal-PN u deputat Nazzjonalista Simon Busuttil waqt il-quddiesa b’tifkira ta’ Raymond Caruana

L-attività ngħalqet b’diskorsi mill-Kap tal-PN Adrian Delia u Dione Borg, ex kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-parlament Ewropew u ġurnalist li investiga u riċerka l-qtil politiku ta’ Raymond Caruana u każi ta’ qtil politiċi oħrajn li seħħew fil-pajjiż.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jitkellem waqt it-tifkira ta’ Raymond Caruana fil-Gudja

Fid-diskors tiegħu Dione Borg tkellem dwar il-mument diffiċli li fih qed jitfakkar il-qtil politiku ta’ Raymond Caruana llum u qal li r-realtà politika tal-lum għandha ħafna similaritajiet għal dik ta’ 33 sena ilu. Dan għaliex fiż-żewġ ċirkostanzi hemm l-istituzzjonijiet li ma jiffunzjonawx, hemm il-frame-ups, il-cover-ups, nuqqas ta’ investigazzjoni mill-pulizija, kriminali li ma jkunux kontrollati, nuqqasijiet minn politiċi, attakki fuq in-nies u qtil politiku.

Dione Borg sosna li ċ-ċirkostanzi politiċi ta’ 33 sena huma simili għall-kriżi politika li għaddej minnha l-pajjiż illum

Dione Borg qal li lest jgħin f’kull investigazzjoni serja, indipendenti, krdibbli u approvata mill-familja Caruana biex ikun hemm żviluppi fil-qtil ta’ Raymond Caruana. Hu kompla li dan diġà għamlu fil-passat u lest ikomplu jagħmlu mhux b’sens ta’ tpattija iżda biex isseħħ ġustizzja.

Dione Borg qal li l-familja Caruana diġà ħafret lill-qattiel ta’ Raymond Caruana tant li ftit wara l-mewt, missier Raymond stess kien iddikjara li jaħfer lil min qatel lil ibnu u li kien aħjar li miet ibnu biss milli mietu ħafna aħjar fil-ġlieda tal-polu Malti għal-libertà.

33 sena mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana; jibqa’ l-impenn li titwettaq ġustizzja

Dione Borg tratta d-dettalji tal-qtil ta’ Raymond Caruana u kif l-element politiku wara l-qtil ta’ Raymond Caruana jirriżulta anki mill-aspett forensiku minħabba li l-inkjesta maġisterjali ikkonfermat li l-istess arma li qatlet lil Raymond Caruana intużat minn partitarji Laburista fi sparar fuq il-Każin Nazzjonalista ta’ Ħal Tarxien verat ijiem qabel il-qtil fl-1 ta’ Diċembru 1986 u fil-vjolenza fil-meeting fiż-Żejtun fit-30 ta’ Novembru 1986.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem dwar l-impenn tal-PN li jerfa’ r-responsabbiltà f’dan il-mument ta’ kriżi politika kif għamel qabel l-elezzjoni tal-1987

Dione Borg qal li minkejja li qtil ilu li seħħ 33 sena, is-soċjetà jeħtieġ li tkun impenjata biex ma terġax iġġarrab. Hu saħaq fuq l-importanza li l-ġenerazzonijiet futuri jirrikonoxxu l-istorja u appella biex jieqaf diskors partiġġjan u bla sustanza fuq Raymond Caruana u Karen Grech kull meta tinqala’ kontroversja politika. Hu saħaq fuq l-importanza li dwn il-każi, flimkien ma’ dawk ta’ Lino Cauchi u Wilfred Cardona, jissolvew biex b’hekk tingħalaq ferita fis-soċjetà u ssir ġustizzja.

Dione Borg sostna li s-soċjetà għandha tkun konxja tal-passat biex ma terġax iġġarrab

Fi tmiem id-diskors tiegħu Dione Borg ħabbar li l-PN u l-Kumitat Sezzjonali PN Gudja nidew inizjattvia biex jitħawlu fil-Gudja 33 siġra taż-żebbuġ; siġra li tissimbolizza l-paċi.