Lokali

Joseph Muscat jasal Ruma

Filwaqt li pajjiżna bħalissa jinsab għaddej minn kriżi politika b’rabta mal-aħħar rivelazzjonijiet relatati mal-assassinju ta’ Daphne Carana Galizia, Muscat xorta għażel li jħalli Malta u jagħmel mawra fl-Italja.

Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat wasal Ruma fejn is-Sibt filgħodu mistenni jkollu laqgħa privata mal-Papa Franġisku.

Aktar kmieni din il-ġimgħa Net News żvela li l-laqgħa ta’ Muscat mal-Papa ma kinitx se tiġi kkunsidrata bħala laqgha uffiċjali. Filfatt lanqas se titħalla tidħol media għal din il-laqgha – ahbar li qatt ma giet michuda.

Iż-żjara ta’ Muscat fil-Vatikan issa qed titqies biss bħala żjara privata mal-Papa Franġisku… dan fl-isfond ta’ perjodu xejn sabiħ fejn il-Prim Ministru daħħal lil pajjiżna fi kriżi politika…u meta bdew ħerġin stejjer xokkanti li jippuntaw lejn dak li sa ftit jiem ilu kien iċ-Chief of Staff tieghu.

Mal-wasla tiegħu f’Ruma, Joseph Muscat kellu jieħu sehem f’konferenza dwar l-Immigrazzjoni bħala parti mill-inizjattiva Mediterranean Dialogues, organizzata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan. Iżda għal xi raġuni mhux magħrufa, Muscat iddeċieda li ma jmurx għal din il-konferenza. Rapport fil-media qed jindikaw li Muscat ma attendiex għal din il-konferenza biex ma jħossux umiljat minħabba s-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjizna.

Intant, fid-dawl tal-krizi politika f’Malta anke l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħassar laqgħa li kellu skedata mal-Prim Ministru Malti f’Ruma stess.

S’issa għadu mhux magħruf jekk il-Prim Ministru Joseph Mucat hux se jieħu sehem f’summit tal-Unjoni Ewropa li huwa pjanata li jitlaqqa’ l-ġimgħa d-dieħla fi Brussell. L-MEP Ġermaniż Sven Giegold, li kien f’pajjiżna fl-aħħar jiem bħala parti mid-delegazzjoni Ewropea li kienet qed tistħarreġ is-saltna tad-dritt f’pajjiżna, diga’saqsa liema se jkunu dawk il-Prim Ministri Ewropej li se jieħdu b’idejn Muscat…. fid-dawl tal-kriżi politika li għaddej minnha pajjiżna bħalissa – kriżi li daħħalna fiha Joseph Muscat stess.

Il-Prim Ministru jirritorna lura il-Ħadd, meta mistenni jlaqqa’ lill-partitarji Laburisti ghal meeting fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid. Dan f’tentattiv biex jaljena lin-nies mis-sitwazzjoni gravi li jinsab fiha pajjiżna u jpinġi stampa li fil-Lejber kollox għadu għaddej b’mod normali.