Lokali

“Li kieku ttieħdet azzjoni mill-ewwel mill-awtoritajiet fuq dak li żvelat marti, kieku għadha ħajja” – ir-raġel tal-vittma

“Li kieku l-Pulizija ħadet azzjoni mill-ewwel dwar dak li kienet tirraporta, l-aktar fuq il-Panama Papers, 17 Black, l-Electrogas, il-visas ta’ Chris Cardona u Joe Gerada – kieku llum marti għadha ħajja. Il-blog tagħha mhux l-ewwel darba li kellha nofs miljun vista – l-problema ta’ Daphne kienet, li kienet tajba wisq. Kollox waħedha u l-kitba tagħha kienet eċellenti.

“Minkejja li l-Gvern dejjem ċaħad xi tip ta’ involvimnent minn dak li ħareġ sa issa huwa nvolut u r-raġuni li nqatlet kien il-kuntratt tal-Electrogas u l-korruzzjoni lampanti u min jaf x’hemm iżjed. Dan kollu kien il-kaġun li hija nqatlet.

“Marti qatt ma kienet affiljata mal-Partit Nazzjonalista – fi żmien Gvern Nazzjonalista kemm il-darba kkritikat l-affarijiet kif kienu jsiru, imma l-Partit Laburista kien ta’ spiss jgħajjarha u għaddiet minn martirju – fejn kemm il-darba ġiet attakkata, bid-dar tiġi vandaliżżata u saħansitra spiċċat fuq billboard tal-Partit Laburtista fl-2013. Sa ‘manetti fil-‘letter box’ kienet irċiviet”.

Dan ħareġ mix-xhieda li ta Dr. Peter Caruana Galizia, li sostna, li kieku l-Pulizija mill-ewwel ħadet azzjoni mill-ewwel, ma kienx jiġri dak li ġara. Iċ-Chairman tal-FIAU u l-Kummissarju tal-Pulizija ma rreżenjaw – u dawn għax kellhom struzzjonijiet mill-Gvern biex ma jmexxux. Is-smigħ issa jkompli nhar it-Tlieta li ġej fejn mistennija jixhdu l-ġenituri ta’ Daphne, u ħutha.

Qal li l-manetti kienet irċiviethom wara li kienet kitbet fuq l-Imħallef, dak iż-żmien Maġistrat – Consuelo Scerri Herrera.. tal-biża huwa qal, li l-ħajja kienet waħda li n-normalità spiċċat, li dejjem irid jiġri xi ħaġa.

Minn hemm il-quddiem seħħew diversi problemi għall-familja. Fl-elezzjoni tal-2013 kien tpoġġa billboard politiku l-Imsida, fejn hi tpoġġiet maġenb mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien u nies oħra politiċi biex jattakkawha. Żewġha qal li meta kienu jkunu x’imkien, l-affarijiet ma kienux pjaċevoli fejn kulħadd beda jagħarafha.

“F’kelma waħda l-mara għaddiet minn ħafna. Anke Glenn Beddingfield fil-blog tiegħu ‘taste your own medicine’ u l-blog tiegħu personali u dan kien jattakkaha anke fuq il-blog tiegħu personali. Dan kien jagħmlu waqt il-ħin tax-xogħol,” kompla jgħid żewġha.

Huwa qal li dan kien isir bl-iskuża biex ikun hemm min jirrispondi għal blog tagħha. Imbgaħad wara bdiet il-prassi li kulħadd beda jiftħilha libelli ċivili u anke kriminali. Sal-ġurnata tal-mewt tagħha kellha aktar minn 40 libell x’tiffaċċa.

Dan kollu jikkonferma li kien hemm pjan biex idejjquha u jippruvaw jagħlqulha ħalqha. Anke tal-VAT Dipartment qabdu magħha u din ilna sejrin biha xi 10 snin. Qal li bdiet tirċievi wkoll mingħand Henley and Partners li dawn kienu se jfittxuha bil-Qorti.

Qal li dawn kellhom il-barka tal-Prim Ministru, Keith Schembri, l-Ministru Owen Bonnici u ta’ Jonathan Attard u dwar dan marti ma setgħetx temmen fl-liema stat kien wasal dan il-pajjiż. Saħansitra anke il-bank Pilatus kienu fetħulha kawza ta’ libell fl-Istati Uniti.

L-Avukat Peter Caruana Galizia – qal li l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, fi żmienu kien jgħidilha li kellha bżonn il-protezzjoni – trid jew ma tridx – kien jemmen ħafna fil-prevenzjoni. Dan kien għall-ħabta ta’ meta bdiet tikteb – meta rtira John Rizzo spiċċa kollox, kien biss fir-referendum tal-kaċċa għal jumejn u fl-elezzjoni għal xi jumejn.

Ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia semma’; wkoll l-inċidenti tal-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat fejn magħhom kien hemm l-eks Sindku tar-Rabat Iganatues – u xi 10 oħra jippruvaw jaggreduha.

L-avukat Caruana Galizia, qal li fost it-tgħajjir fil-konfront tagħha, is-saħħara tal-Bidnija li ironikament kien użaha l-ewwel darba Lino Cassar biex jiddeskrivi kif Daphne kienet isaħħar lill-qarrejja bil-lingwa li kienet tuża.