Lokali

Konrad Mizzi jappoġġja lil Chris Fearne

“Chris Fearne ghandu l-appoġġ tiegħi”. Hekk iddikjara l-eks Ministru Konrad Mizzi, ftit tas-sigħat biss wara li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li se jikkontesta biex jieħu post Muscat.

Delegati Laburisti li tkellmu ma’ Net News bir-rabta tal-kunfidenzjalita’, qalulna li din il-mossa qed iqisuha “stramba ħafna”.

Konrad Mizzi kiteb illi bħalissa huwa mument li l-Partit Laburista jingħaqad bħala forza waħda b’saħħitha u għaldaqstant “nemmen li Chris Fearne biss jista’ jagħmel dan u se nkun qed nappoġjah”.

L-eks Ministru Konrad Mizzi