Internazzjonali

L-Awstralja: Tħassib dwar Sydney fost għexieren ta’ nirien

Madwqar 100 nirien, fl-aħħar sigħat, kienu qegħdin jaqbdu fl-Istat ta’ New South Wales u meta ‘medda ta’ fjammi’ kienet qed thedded iz-zoni lejn it-Tramuntana ta’ Sydney. Dan waqt li l-awtoritajiet ħeġġew għal ‘kawtela f’kull ħin’ fost l-isforzi biex is-sitwazzjoni tinżamm taħt kontroll.

’Il fuq minn 2,000 firefighter kienu qed jikkumbattu n-nirien li l-intensità tagħhom eskalat fl-aħħar sigħat. Dan meta l-belt ta’ Sydney, li hi l-akbar belt tal-Awstralja, ilha ġimgħa koperta bid-dħaħen li, fost oħrajn, wasslu għal spinta ta’ problem mediċi fost ir-residenti. 

Intant, in-nirien laħqu ħakmu l-art tal-kosta sħiħa ta’ New South Wales fost it-twissijiet ta’ emerġenza minħabba l-kundizzjonijiet umdużi u ta’ sħana.

L-aħħar rapporti qalu li l-ħaddiema għall-emerġenzi kellhom jaħarbu min-nirien li bdew javvanzaw fil-limiti ta’ Sydney lejn in-Nofsinhar. Minn Ottubru sal-lum, il-bushfires madwar l-Awstralja rriżultaw f’sitta maqtula, b’aktar minn 700 residenza jinqerdu.

Intant, il-gravità tal-emerġenza attwali (li qed tiżviluppa waqt il-fażi bikrija tal-hekk imsejjaħ fire season allarmat sew lill-awtoritajiet, fost żieda fl-appelli għal azzjoni aktar determinata biex tindirizza l-bidliet fil-klima.

Dan meta l-fjammi ħakmu art konsiderevoli madwar New South Wales, bin-nirien anki jfeġġu u javvanzaw fi Queensland, Victoria, South Australia, Western Australia u Tasmania.