Lokali

L-infermier gradwat li waqa’ dalgħodu jsofri ġrieħi gravi

L-infermier ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Minn informazzjoni li rċieva NET News jidher illi l-inċident li seħħ ħdejn Junior College, ħalla lil bosta xxukjati meta għal xi raġuni infermier gradwat waqa’ wara li ġie mbuttat minn student ta’ Junior College.

Jidher illi xhieda ta’ dan kien hemm il-bankina li mtliet kollha demm.

Minn stqarrija tal-Pulizija, irriżulta li r-raġel li għandu 22 sena, residenti l-Mellieħa waqa’ minn fuq ċint.

Skont l-informazzjoni għandha din il-kamra tal-aħbarijiet, ambulanza ssejħet fuq il-post li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei, bil-Pulizija waslu wkoll fil-post biex jinvestigaw x’wassal għal dan l-inċident.

Min-naħa tagħha l-Pulizija kkonfermat li seħħ l-inċident wara argument bejn it-tnejn involuti.

Il-Pulizija qiegħda tkellem lil raġel dwar il-każ għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.