Kultura Lokali

La Magia di Natale fil-Munxar

Nhar l-14 u l-15 ta Diċembru l-pjazza tal-Munxar ser tinbidel f’villaġġ tal-Milied.

Fuq firxa ta’ jumejn il-Munxar ser ikun qed jospita numru ta attivitajiet fosthom suq b’madwar għoxrin bankarelli, wirja ta presepji, kant, żfin u logħob għat-tfal fosthom fid-dar ta Santa Claus.

Dan u aktar fost numru ta sorpriżi oħra li ser ikunu qed jistennew lil dawk preżenti.

L-attivitajiet jiftħu uffiċjalment is-Sibt 14 ta Diċembru fis-sitta ta’ filgħaxija u jkomplu sa nofs il-lejl. Il-Ħadd, 15 ta Diċembru l-attivitajiet jiftħu bejn l-10am u 5pm.