Lokali

NIŻVELAW: L-assistent ta’ Muscat interrogat fid-Depot

L-assistent ta’ Muscat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Sandro Craus, issejjaħ mill-Pulizija għal interrogazzjoni.

Kien Sandro Craus, is-Sindku Laburista tar-Rabat li jaħdem f’Kastilja, illi laqqa’ lill-middleman Melvin Theuma ma’ Keith Schembri. Jidher li b’kollox Melvin Theuma kellu żewġ laqgħat mal-eks Chief of Staff ta’ Muscat; waħda f’Kastilja u l-oħra Ħaż-Żebbuġ fejn kellhom ikla flimkien.

Dawn id-dettalji ġodda ħarġu din il-ġimgħa fil-Qorti, fil-kumpilazzjoni kontra Alfred u George Degiorgio u Vincent Muscat fejn kien konfermat li Theuma kien ingħata job mal-Gvern. L-aħwa Degiorgio u Muscat qegħdin jiġu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Jidher li anke l-famuż ritratt li ħadu Keith Schembri u Melvin Theuma f’Kastilja, ittieħed mill-istess Sandro Craus. Schembri minn naħa tiegħu dawwar lil Theuma mal-uffiċini ta’ Kastilja u anke offrielu kafe’.