Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jiddiskuti l-kriżi li qed jaffaċċja pajjiżna ma’ unions u msieħba soċjali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia llum ltaqa’ ma’ unions u msieħba soċjali membri fl-MCESD fid-dawl tal-mument ferm delikat li jinsab għaddej minnu pajjiżna bħalissa.

Adrian Delia qal li meta pajjiżna għaddej minn mument delikat, huwa d-dmir tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni li jistieden lill-unions u l-imsieħba socjali sabiex jiddiskuti magħhom u jisma’ l-perspettiva tagħhom, li tirrappreżenta firxa ferm wiesa’ tas-setturi kollha tas-soċjetà f’pajjiżna.

Dan biex issir diskussjoni dwar x’jista’ jsir sabiex jiġu xprunati bidliet immedjati li jirriflettu dak li jeħtieġ fl-interess nazzjonali u għall-ġid tal-pajjiż biex nirritornaw għan-normalità.

Hu insista, illi hemm bżonn li b’mod immedjat tintrefa’ ir-responsabbilta’ politika. Filwaqt li flimkien nistgħu naħdmu ħalli immexxu r-riformi kollha li hemm bżonn biex il-pajjiz jirritorna għan-normalita’.

Adrian Delia qal li din mhix sitwazzjoni normali u ma nistgħux naġixxu daqslikieku business as usual

Din kienet l-ewwel laqgħa ghal dawn il-unions u l-Korpi Kostitwiti minn mindu issejhet laqgha urgenti nhar it-Tnejn, segwita minn laqgħa direttament mal-President.

Fit-2 ta’ Diċembru li għadda, fi stqarrija l-MCESD għaraf li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq atmosfera ta’ inċertezza kbira, bi ħsara għar-reputazzjoni u l-benesseri ekonomiku ta’pajjiżna. 

Matul il-laqgħa tal-Ġimgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għal-Affarijiet Parlamentari David Agius u mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.