Lokali

Il-Pulizija quddiem il-villa … imma mhux għal Keith Schembri

Wara li lbieraħ Net News kixef il-laqgħa sigrieta li kellu l-eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, mal-konsulent tal-Gvern Neville Gafa’, Schembri dalgħodu baqa’ msakkar fil-villa tiegħu fil-Mellieħa. Fuq barra, preżenza ta’ ġurnalisti li qed jistennew lil Keith Schembri joħroġ sabiex jistaqsuh fuq dawn iż-żjarat ta’ Gafa’ u anke fuq l-allegazzjonijiet serjissimi li qed joħorġu kontrih fil-Qorti.

F’ħin minnhom dehret ħierġa l-mara ta’ Keith Schembri mill-villa, iżda hu fl-ebda ħin ma xiref mill-bieb ta’ barra.

Waqt li qed nistennew lil Schembri għaddew ukoll xi Pulizija – mhux għal Keith Schembri iżda sempliċiment bħala ronda.

Keith Schembri kien ukoll il-persuna li daħħal lill-middleman Melvin Theuma mal-Gvern f’job fantażma, bis-sit LovinMalta illum jiżvela li ta’ dan l-impjieg hu kien jitħallas €1,200 fix-xahar. Biex b’hekk f’erba’ xhur daħħal fil-but €4,800 għal xogħol li qatt ma għamel – kif stqarr Theuma innifsu fil-Qorti.

Neville Gafa’ u Keith Schembri