Futbol Sport

Rodgers jiffirma kuntratt ġdid ma’ Leicester

(Ritratt: EPA)

Brendan Rodgers xejjen spekulazzjoni li seta’ jħalli lil Leicester meta ffirma kuntratt ta’ ħames snin u nofs biex jibqa’ manager tal-klabb. L-eks manager ta’ Liverpool u Celtic, kien fil-mira ta’ Arsenal wara li l-ġimgħa l-oħra tkeċċa Unai Emery, anki jekk insista li kien kuntent ħafna ma’ Leicester.

Il-kuntratt preċedenti ta’ Rodgers kien mistenni jiskadi fl-2022 iżda jidher li kien hemm klawsola fil-kuntratt li seta’ jingħaqad. Din ir-raġuni kabbret spekulazzjoni li seta’ jħalli l-King Power Stadium.

“Meta ddeċidejt li ningħaqad ma’ Leicester, kien minħabba li kont eċċitat dwar id-direzzjoni li l-klabb kien qed jieħu u kif jien ridt napplika l-esperjenza tiegħi. Jien ġejt apposta biex ngħin lill-klabb jibni l-futur tiegħu.”

Iċ-chairman ta’ Leicester Aiyawatt Srivaddhanaprabha qal li l-kwalitajiet ta’ Rodgers huma magħrufa sew. “Il-filosofija wiesgħa ta’ Brendan toqgħod mal-valuri u l-kultura stabbiliti tal-klabb,” qal iċ-chairman tal-klabb.

Rodgers li għandu 46 sena kien qed jissemma li seta’ kien fil-mira biex isir manager ta’ Tottenham wara t-tkeċċija ta’ Tottenham. Hu sar manager ta’ Leicester fi Frar li għadda u rebaħ 17 mis-26 logħba li mexxa lit-tim fil-Premier League.

Tags