Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet mogħtija mill-Qorti

Raġel mill-Floriana ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Qorti u dan peress li dawn l-aħħar xahrejn ma kienx imnur jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal.

Kien l-Ispettur Jeffrey Scicluna li ressaq lil Keith Gravina quddiem il-Maġistrat Claire Louise Stafrace. Oriġinarjament huwa kien tressaq il-Qorti mixli li seraq mir-residenza ta’ ommu li kien ħarab mill-kustodja tal-Pulizija f’April li għadda, imma kien ingħata l-pleġġ.

L-Ispettur qal fil-Qorti li huwa spjega lil Gravina ilu ma jiffirma mill-21 ta’ Ottubru li għadda. Invista tal-ammissjoni tiegħu huwa ġie kundannat sitt xhur ħabs u tilef it-€3,000 bħala garanzija personali fuq i-ħelsien mill-arrest li kien ingħata. Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ trattamanet għall-perjodu ta’ sitt xhur.