Fi stqarrija, SOS Malta qalu illi hija inkwetanti kif l-awtoritajiet jittolleraw diskors ta’ theddid u mibegħda li qed jirrenja fil-fori pubbliċi inkluż fuq il-midja soċjali.
Minkejja n-numru kbir ta’ nies li qed ixerrdu dan id-diskors, jidher illi l-awtoritajiet kompetenti m’huma jagħmlu xejn biex jiġu mressqa dawn in-nies tal-aġir kriminali tagħhom.
SOS Malta żiedet tgħid li hija tikkundanna dan in-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ abbuż, diskriminazzjoni, intolleranza u fanatiċiżmu. U li dan l-aġir ikompli jnaqqar u jxekkel is-soċjetà ċivili. Apparti hekk, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet ikompli jixhed it-telf ta’ valuri soċjali u kulturali tagħna bħala nazzjon.
SOS Malta saħqet illi m’hemmx post għal dan id-diskors f’soċjetà moderna u b’hekk appellat biex in-nies iżommu lsienhom fejn jistħoqq sabiex jerġgħu jibdew jitnisslu valuri ta’ tolleranza, aċċettazzjoni, umanità u karità fis-soċjetà tagħna.
Fl-istess ħin appellat biex l-awtoritajiet jieħdu azzjoni u passi kontra dawk li qed ixerrdu l-mibegħda u t-theddid.
//= $special ?>