Internazzjonali

Stati Uniti: Mejtin u midruba fi sparatura ġo bażi navali

Mietu talanqas żewġ persuni waqt sparatura li seħħet ġo bażi navali f’Pensacola ( fi Florida), bir-rapporti jirreferu wkoll għal diversi midruba.

L-aggressur li wettaq l-ispaeratura fin-Naval Air Station spiċċa maqtul fl-azzjoni u meta għadha dieħla l-informazzjoni dwar ‘il-persuna l-oħra li mietet fl-isparatura’. Dan waqt li numru mhux magħruf ta’ midruba spiċċaw ittrasferiti lejn l-isptarijiet taz-zona.

Is-sitwazzjoni fil-bażi tidher li qed tinġieb lura taħt kontroll, fost rapporti li l-President Amerikan, Donald Trump, qed ikun aġġornat bl-iżviluppi u meta hu qed isegwi s-sitwazzjoni.

In-Naval Air Station ta’ Penascola timpjega ‘il fuq minn 16,000 militar u 7,400 ħaddiema ċivili.

Intant, l-isparatura kienet it-tieni waħda, din il-ġimgħa, ġo faċilità militari tal-Istati Uniti. Dan wara li, nhar l-Erbgħa, baħri Amerikan spiċċa joqtol żewġ ħaddiema ċivili mad-Dipartiment tad-Difiża, minbarra li darab persuna oħra waqt attakk fit-tarzna navali ta’ Pearl Harbour (fil-Hawaii). Dritt wara l-attakk, il-baħri kien q ikkommetta suwiċidju.