Lokali Qorti

Sistema ġudizzjarja falluta wara li Keith Schembri u oħrajn bħal Konrad Mizzi għadhom jiġru mas-saqajn – Matthew Caruana Galizia

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani ma' ulied Daphne Caruana Galizia Andrew u Matthew

Matthew Caruana Galizia qal li s-sistema tal-ġustizzja kriminali f’ Malta hija falliment totali minn isfel għal fuq. Dan għaliex din kienet inkapaċi biex takkuża persuni bħal Keith Schembri, li għadu qed jiġri mas-saqajn, u lil Konrad Mizzi.

Persuni oħrajn li suppost ġew proċċessati baqgħu u għadhom jiġru mas-saqajn minflok tressqu l-Qorti. Dawn kienu l-kaġun li nqatlet ommu , persuna li kienet tinvestiga’ u tagħmel ix-xogħol li suppost għamlu dawk li jmexxu l-entitajiet.

Xejn ma sar fuq persuni bħal Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vince Muscat, għall-mijiet ta’ reati li wettqu fil-karriera tagħhom. Anke għax l-istess sistema falliet ukoll milli tikkundanna lil aħwa Agius, għaliex dawn setgħu jisuplixxu l-bomba b’mod mill-aktar faċli.

Anke għax il-Pulizija lanqas m’għamlu xejn fil-konfront ta’ Melvin Theuma, minkejja l-provi kollha dwar logħob klandestin li ilu jmexxi għal snin twal.
Għax il-Pulizija jew l-Avuikat Ġenerali qatt ma ressqu lil Yorgen Fenech, Konrad Mizzi u Keith Schembri b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus u offiżi marbuta ma’ korruzzjoni, minkejja li kellhom evidenza konkreta, u li dan kollu wassal biex tinqatel ommu, qal Matthew Caruana Galizia.

Kull ma għamlet ommu, huwa qal, hija li tinvestiga każijiet li ma nvestigawx il-Pulizija. Anke wara li nqaltet il-Pulizija ħallew lil Keith Schembri jiġri barra biex ikun jista’ jagħmel ostruzzjoni lill-investigazzjoni fuq il-qtil u r-reat jitatta.

Il-fatturi komuni għal dawn in-nuqqasijiet kollha huma Ian Abdilla, li mexa l-Ecominc Crimes Unit l-Avukat Ġenerali, li għalih l-ewwel u qabel kollox hija lealtà lejn il-Prim Ministru u uffiċjali oħra.

“F’dawn l-aħħar sentejn, uffiċċjali tal-Gvern u fanatiċi ġew radikalliżati mill-magna ta’ propoganda tal-Gvern u dan minħabba li ma hemm l-ebda distinsjoni bejn Gvern u partit.

“Kien qed jingħad u li dak li ġara kien kollu insinwat u organiżżat bi ftehim minni, biex tinqatel ommi, u biex jien nispiċċa inwaħħal fil-Gvern. Issa nafu mix-xhieda ta’ Theuma, li kien Schembri nniffsu, u uffiċjal ieħor tal-Gvern -Kenneth Camilleri, li kienu qegħdin joħorġu nformazzjoni sensittiva miksuba minnhom.

“Dan minħabba li Schembri u x’aktarx anke Camilleri, kienu qegħdin ikunu preżenti waqt il-‘briefings’ li l-Pulizija kienu qegħdin jagħmlu, li mingħajr spjegazzjoni kienu qegħdin jingħataw mill-Pulizija, fil-preżenza ta’ Keith Schembri. Dan meta l-familja tiegħi kienet identifikat lil Schembri mal-Pulizija, bħala s-suspettatt fl-ewwel stanza”

Dan kollu ħareġ meta kien qed jixhed fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ ommu, Matthew Caruana Galizija. Huwa qal li t-tabib ta’ Yorgen Fenech, Adrian Vella qal waqt l-interogazzjoni li huwa għadda messaġġi miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri lil Yorgen Fenech, wara li Fenech kien arrestat fuq suspett ta’ qtil.

Għaliex Keith Schembri u t-tabib Vella kienu lesti li jieħdu dan r-riskju biex jagħmlu ‘cover up’ fuq l-omiċidju, u dan peress li kienu qegħdin jitilfu l-kontroll tas-sitwazzjoni? qal ix-xhud.

Xehed ukoll dwar Glenn Beddingfield, fejn huwa qal li dan kien imħallas mill-istat biex imexxi blog ta’ propoganda – u dan bħala t-taparsi kelliem tal-Prim Ministru – wara dan ma baqax isir minħabba li l-missjoni li kellhom wettquha – missjoni li jeliminaw lil ommu – dan wara li l-istat kien ‘sponsor’ ewlieni minn eluf ta’ atti ta’ intimidazzjoni fil-konfront ta’ ommu.

Dan kien jinkludi artiklu pubblikat ftit xhur qabel ma’ ommu ġiet assasinata fejn Beddingfield literallment assigura lil dawk li kienu favur il-propoganda tal-Gvern li hija kienet waslet f’xifer il-mewt, u li ‘meta tkun telqet dan se jkun ifisser żmien ta’ tindif’.

Huwa qal li Melvin Theuma xehed taħt ġurament, wara li kien imwissi li kien se jitlef il-maħfra Presidenzjali u jiġi proċessat fuq il-qtil jekk huwa jagħmel sperġur, li Keith Schembri u s-Segretarju Privat tiegħu Sandro Craus, irranġaw biex fondi tal-istat jinħarġu lilu biex jiġi provdut lilu salarju hekk kif kien qed jikkordina l-qtil ta’ ommi flimkien ma’ grupp ta’ assassini, f’isem, Yorgen Fenech.

“Naħseb li Schembri u Craus m’għamlux dan bħala att ta’ karità għax sabu lil Theuma jagħmilha ta’ tallab fit-triq, iżda għax kien Schembri li ppjana direttament ma’ Fenech biex Theuma jingħata flus maħmuġin, għal servizz illeċtu li kien qed jippjana Theuma.

“Kien f’dan iż-żmien li Craus pubblikament talab biex il-każijiet kollha quddiem il-Qrati ta’ Malta jiġu sospiżi biex ir-riżorsi kollha jiġu dedikati bi prosekuzzjoni mmedjata u li l-każ jirriżulta li ommu tispiċċa l-ħabs biex ma tkomplix tirrapporta” qal Matthew Caruana Galizia.

Kompla jgħid li l-Gvern ħallas mit-taxxi tal-poplu – lil Glenn Beddingfield – membru Parlamentari biex jattakka u jinċita’ iżolament lejn ommu. Huwa qal li kien hemm kampanja sistematika minn naħa tal-Gvern biex ommu tiġi attakkata bla ħniena, kien kumplott qal ix-xhud.

Huwa semma wkoll kif Keith Schembri jagħmel li jrid u jgħaddi l-informazzjoni, l-Ispettur Ian Abdilla u l-Avukat Ġenerali Peter Grech li raqad fuq il-każ.

Matthew Caruana Galizia qal li t-tort li l-awtoritajiet fallew biex jipproċedu kontra persuna li huwa suspettat li kien jifforma parti minn dawk li qatel lil ommu – minħaba l-Kap tal-Pulizija assenjat mar-Reati Ekonomiċi Ian Abdilla u l-Avukat Ġenerali Peter Grech. Qal li ma jistax jifhem għaliex dawn iż-żewġ individwi baqgħu passivi.

Semma każ wkoll wara l-2013 meta l-Ministru Chris Cardona li kien ffriża l-kontijiet ta’ ommi kollha, parti mill-intimidazzjoni minn naħa tal-Gvern. Dak il-ħin ommi spiċċat dgħajjfa, ippruvat issolvi din il-problemi dak inhar tal-qtil – dak inhar ir-raġuni li marret lura d-dar kienet biex tieħu l-ktieb taċ-ċekkijiet ta’ missieri.

Matthew Carauna Galizia qal ukoll li ħadd mill-familja ma kien jaf li kienu qegħdin jiġi segwiti – huwa qal li anke l-kelb tal-familja spiċċa ħażin – probabbli xi ħadd minn dawk li qatel lil ommu ħeles minnu wkoll – dan kien spiċċa ma jiflaħx u miet ta’ malajr.

“Il-Gvern falla f’kull livell u li swiet il-ħajja ta’ ommi u hawn semma lill-Kummissarju tal-Pulizija persuna oħra li naqqset minn dmira – kien hemm kampanja ta’ mibgħeda wkoll għaliex dawn jikxfu l-korruzzjoni u hawn reġa’ semma lil Sandro Craus, Glenn Beddingfield u Josef Caruana li l-attaġġament tagħhom ma kienx wieħed korrett.

“Dawk li kienu qegħdin jattakkaw lil ommi kellhom il-protezzjoni u għalhekk ma kel;lhom biża. Nifatakar li ħaddiem tal-Gvern kien bagħat dokument lil ommi fuq karta bil-‘watermark’ tal-Gvern, jattakka lil ommi. Dawn ħasbu li huma Allat, li kienu qegħdin iservu lil Alla.

Tkellem ukoll dwar l-importanza li joħroġ ir-rapport sħiħ Egrant. Tkellem ukoll dwar Nexia BT u ‘jobs’ mal-Gvern li persuna relatata mal-qtil ta’ ommu.

Huwa qal ukoll li anke l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar qal li Melvyn Theuma qatt ma kellu job mal-Gvern, meta dokument rilaxxat wera li li dan kellu. Semma wkoll l-‘Electro Gas’ kif dan ukoll kellu wkoll id f’dan kollu.

Huwa qal ukoll li qabel ma nqatlet ommu kien barra minn Malta u kien qed jaħdem fuq investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni inġenerali. Investigazzjoni għandha tibda mill-ewwel u mhux ikollha tiġġieled għaliha l-familja – allura min ma jkollux familja x’jagħmel?

Il-familja tiegħu hija fuq in-naħa il-ġustizzja u li jemmen li l-familja tiegħu jkolha aċċess għal kollox u anke li tagħmel mistoqsijiet relevant lix-xhieda ħalli joħroġ b’mod ċar jekk kien hemm min qed jipprova jaħbi.

Kompla jgħid li din l-inkjesta għandha tbiddel lil Malta għat-tajjeb u mhux nagħmlu front għal kriminalità li qatlet lil ommu – bil-pajjiż jispiċċa fi kriżi. Irridu nbiddlu ħafna bħal dawk fejn għandhom x’jaqsam ‘positions of trust’ il-bejgħ tal-passaporti u li dawk li kellhom x’jaqsamu m’għandhhomx jibqgħu jagħmlu parti mid-dominju pubbliku.

Tkellem fuq Sai Mizzi, Pilatus u persuni oħra li xebgħu jissemmew u li ħammġu l-politika Maltija. Semma’ wkoll lil Keith Schembri, Yorgen Fenech u t-tabib Adrian Vella li għaddew inforfazzjoni, li ma kellhomx jgħaddu u staqsa għaliex dawn ħarġu din l-informazzjoni. Melvyn Theuma qal li Keith Schembri u Craus ħallsu l-flus fejn Schembri ftiehem ma’ Fenech – u l-job mal-Gvern u ħafna rregolaritajiet oħra ?

Hu semma wkoll il-ħafna ‘positions of trust’, permessi għall-iżvilupp, Reġa saħaq li dawk kollha li kellhom x’jaqsmu għandhom jitneħħew mill-ħajja pubblika u l-libertajiet tagħhom kollha għandhom jitneħħewlhom.

Matthew Caruana Galizia semma numru ta’ investigazzjonijiet li saru minn ommu, bħal dawk tal-Bank Pilatus, ix-xogħol “fantażma” (impjieg li ma jeżistix) lil Sai Mizzi, u l-bejgħ tal-passaporti u t-trasferiment ta’ art.

Matthew tkellem ukoll dwar il-possibilità li Yorgen Fenech kien motivat li jwaqqaf lil ommu milli fuq il-blog tippubblika waħda mill-investigazzjonijiet tagħha dwar illegalitajiet li kien wettaq hu. Dan meta hi kienet qed taħdem fuq il-konnessjoni dwar il-kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri fil-Panama, 17 Black u SOCAR.

Ix-xhud kompla jgħid li-ICIJ kienet għadha ma akkwistatx it-tieni parti tal-informazzjoni li kienet tispeċifika li 17 Black u Macbridge kienu klijenti diretti tal-kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri.

Kompla jgħid li l-unika mod kif ommu setgħet saret tkun konxja bl-inforamazzjoni kien minn sors li kellu aċċess għall-emails ta’ Nexia BT. Matthew Caruana Galizia qed jixhed quddiem il-Bord tal-Inkjesta Pubblika Indipendenti, li hija magħmula mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, l-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

Fuq domandi minn naħa tal-Bord dwar jekk ommu għax ġiet ikkonfrontata minn xi ħadd, huwa wieġeb fl-affermattiv fejn qal li darba kien ma’ ommu l-Belt u kien hemma mara aggressiva fil-konfront tagħha u semma wkoll każ ta’ meta l-eks Sindku taż-Żurrieq Ignatius Farrugia – eks Sindku taż-Żurrieq beda jinċità lin-nies – fir-Rabat biex jattakkaw lil ommu. Dan kien seħħ waqt il-festa fis-sena 2014.

Matthew semma wkoll dwar kemm John Rizzo kien qed jipprova jsib tarf dak li kienet qed tinvestiga ommu, iżda minn hemm il-quddiem kollox sfaxxa.

Ix-xhud semma wkoll il-każ li bdiet tinvestiga ommu – fuq id-deal tal-Elettrogas, liema nformazzjoni bdiet tingħata minn ‘whistleblowee’ Qal li l-kumpanija Elettrogas, hija kumpanija tal-korruzzjoni fejn Mossak Fonseka kienet il-kumpanija li daħlet fin-nofs biex waqfitha.

Qal li ommu kienet qed tinvestiga dan kollu fejn imdaħħla magħha kien hemm ukoll in-network 17 Black. Is-smigħ tal-inkjesta se jkomplu nhar it-Tliieta li ġejjin fis-2.30 pm. fejn mistennija jixhdu l-ġenituri u ħut il-vittma Daphne Caruana Galizia.