Il-Ġimgħa filgħodu bdiet l-ewwel seduta tal-inkjesta pubblika tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-inkjesta ġiet imwaqqfa bil-għan li l-każ jiġi nvestigat b’mod indipendenti.
Dalgħodu qiegħed jixhed Matthew Caruana Galizia quddiem il-Bord tal-Inkjesta.
Dan wara li kienu ġew stabbiliti l-konklużjonijiet mixtieqa; li huma li determinat jekk xi azzjonijiet jew nuqqas ta’ azzjonijiet min-naħa tal-Istat u l-Gvern wassalx jew għenx għall-qtil, jekk setgħux jittieħdu azzjonijiet li kienu jipprevenu l-qtil.
Mistenni wkoll jiġi stabbilit jekk l-Istat għandux il-makkinarju legali biex jevita stat ta’ impunità fil-pajjiż.
Il-bord huwa kompost minn tlett membri li huma l-Imħallef Emeritus Michael Mallia huwa c-chairman tal-bord filwaqt li ż-żewġ membri l-oħra huma l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Il-Bord tal-inkjesta mistenni jlesti xogħlu f’disa’ xhur.
//= $special ?>