Lokali

Tinstab l-anzjana li kienet rappurtata nieqsa

Anzjana li iktar kmieni llum kienet rappurtata nieqsa, fortunatament instabet.

Iktar kmieni: Qraba ta’ anzjana qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku wara li ma rritornatx id-dar.

Huma spjegaw kif il-mara, li ħarġet mid-dar dalgħodu, għandha l-kundizzjoni tad-dimensja u allura jista’ jkun li tinsab diżorjentata.

Spiteri kienet liebsa qalziet iswed u flokk blu. Hi
tgħix San Ġwann iżda kien hemm rapporti ta’ persuni li rawha anke lejn Tas-Sliema.