Futbol Sport

Titneħħa s-sospensjoni tat-trasferimenti fuq Chelsea

(Ritratt: EPA)

Chelsea huma liberi li jiffirmaw plejers f’Jannar wara li l-appell kontra s-sospensjoni tat-trasferimenti imposta mill-FIFA tnaqqset bin-nofs mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.

Chelsea nstabu ħatja li kisru tnejn mir-regolamenti dwar trasferimentital-plejers, speċifikament dwar l-akkwisti ta’ plejers taħt it-18-il sena u influwenza minn terzi persuni, iżda għal madwar terz tal-plejers li nstabu oriġinarjament mill-FIFA.

Fi Frar ta’ din is-sena, il-FIFA kienet imponiet sospensjoni ta’ żewġt iswieq tat-trasferimenti fuq Chelsea, bit-tim minn Londra jkun l-appell miċħud f’April. Chelsea skontaw l-ewwel sospensjoni fis-sajf li għadda iżda x-xahar li għadda reġgħu appellaw lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.

Minkejja s-sospensjoni, Chelsea akkwistaw lil Mateo Kovacic mingħand Real Madrid għal €50 miljun minħabba regolament tal-FIFA li jippermetti t-trasferiment minħabba li l-plejer kien b’self magħhom fl-istaġun ta’ qabel.

Minkejja li tilfu lil Eden Hazard fis-sajf, il-manager Frank Lampard għamel użu minn diversi żgħażagħ tal-klabb. Fil-preżent huma jinsabu fir-raba’ post fil-Premier League. Is-sospensjoni ta’ madwar €550,000 ġiet imnaqqsa bin-nofs.

Tags