Sport Sport Ieħor

Wozniacki se tirtira wara l-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed tad-dinja Caroline Wozniacki se tirtira mit-tennis wara l-Open tal-Awstralja f’Jannar li ġej. Wozniacki li rebħet it-tournament f’Melbourne s-sena l-oħra, ħabbret fuq Instagram u qalet li l-fatt li se tirtira ma għandha x’taqsam xejn ma’ saħħitha.

It-tennista ta’ 29 sena trid tibda familja mar-raġel tagħha li hu l-eks stilla tal-NBA David Lee, filwaqt li tivvjaġġa d-dinja u tqajjem kuxjenza dwar l-artrite. Hi rebħet 30 titlu WTA u kienet fil-quċċata tar-rankings tad-dinja għal total ta’ 71 ġimgħa.

Fuq Instagram, Wozniacki qalet li dejjem saħqet li meta jiġi ż-żmien hemm affarijiet oħra li riedet tagħmel minbarra t-tennis. Hi kompliet li fl-aħħar xhur irrealizzat li hemm aktar affarijiet f’ħajjitha li tixtieq tikseb barra l-court.