Lokali

Iseħħ inċident fix-Xewkija- raġel bi ġrieħi gravi

Raġel ta’ 58 sena sofra grieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija, Għawdex.

L-inċident seħħ għad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-inċident seħħ bejn vettura ta’ tip Mercedes misjuqa minn mara ta’ 28 sena, u mutur ta’ tip Honda misjuq mir-raġel ta’ 58, it-tnejn residenti n-Nadur.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur fejn ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.