Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut fi ġlieda ma’ 2 irġiel mhux magħrufa fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq Santa Rita, f’San Ġiljan hekk kif ir-raġel kien aggredit b’oġġett, bil-Pulizija tad-Distrett tmur minnufih fuq il-post. Issejjaħ ukoll tim mediku biex jassistu u jieħdu lir-raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>