L-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri is-Sibt waranofsinhar kien imsejjaħ mill-ġdid fid-Depot tal-Pulizija għal iktar stħarriġ b’rabta mal-investigazzjonijiet li qed isiru fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Skont sorsi li tkellmu ma’ Net News kif ukoll rapporti minn media oħrajn jindikaw li Keith Schembri kien imsejjaħ b’rabta mal-job fantażma li ngħata Melvin Theuma, il-middleman fl-assassinju li ngħata l-maħfra Presidenzjali biex jixhed fil-każ.
Numru ta’ persuni kienu mitkellma mill-Pulizija b’rabta ma’ dan l-impjieg.
Fix-xhieda tiegħu nhar l-Erbgħa, Melvin Theuma qal li Yorgen Fenech kien avżah li se jirċievi telefonata minn Sandro Craus, il-Kap tal-Customer Care fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’April tal-2017.
L-Għada, hu kien milqugħ minn Keith Schembri fit-taraġ ta’ Kastilja fejn ħa wkoll ritratt miegħu. Theuma kompla li hu ngħata impjieg mal-Gvern u filwaqt li qatt ma daħal għax-xogħol, hu kien qed jirċievi salarju ta’ madwar €1,200 fix-xahar.
Mhux magħruf kemm damet l-interrogazzjoni ta’ Keith Schembri.
Il-ġimgħa li għaddiet, Schembri kien inżamm arrestat wara li Yorgen Fenech allega li hu kien il-moħħ wara l-assassinju iżda imbagħad kien rilaxxat mill-Pulizija.
//= $special ?>