Lokali

Maltin f’Londra jipprotestaw kontra l-korruzzjoni

Numru mdaqqas ta’ Maltin is-Sibt waranofsinhar ipprotestaw fiċ-ċentru ta’ Londra kontra l-korruzzjoni, sabiex persuni li qed jissemmew b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jiġu investigati u sabiex Joseph Muscat jitlaq immedjatament.

Il-Maltin qed jipprotestaw hekk kif tkompli għaddejja l-kriżi politika f’pajjiżna hekk kif l-aħħar żviluppi fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-2017 jimplikaw xi forma ta’ involviment minn uffiċjali għolja f’Kastilja, b’mod partikolari l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Anki l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona kien fil-mira tad-dimostranti.

Ikkummenta