Lokali

Raġel iweġġa gravi waqt xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni

Għall-ħabta tan-nofsiegħa, ġiet imsejħa l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Nikolo Communet, fil-Qrendi.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel Taljan, ta’ 31 sena residenti Buġibba, waqa’ b’ċangun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni ġewwa sit fl-imsemmija triq u sofra xi ġrieħi .


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.