Lokali

Raġel vittma ta’ daqqiet ta’ sikkina fiż-Żebbuġ

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalia ġarab xi ġrieħi wara safa’ aggredit b’sikkina fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Dan ġara wara argument bejn żewġ persuni mis-Somalia għal ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Mungbell, Żebbuġ.

Il-vittma huwa residenti iż-Żebbuġ stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

Intant raġel ta’ 23 sena mis-Somalia u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex qed jinżamm arrestat għal akar sħarriġ dwar il-każ.