Lokali

Sibnih! Fuq Facebook…

Wara għaxart ijiem nistaqsu fejn jinsab, nibgħatulu emails, nistennewh l-uffiċċju tiegħu, u ninvestigaw jekk il-Pulizija ġabruhx…fl-aħħar tfaċċa Brian Tonna. Mhux biex iwieġeb id-domandi leġittimi li qed jistaqsi kulħadd, imma biex jikkummenat fuq il-media soċjali.

F’nofs ta’ lejl, id-direttur ta’ Nexia BT Brian Tonna kien mhedi fuq Facebook jikkummenta fuq il-posts ta’ Tony Zarb, wara li dan tal-aħħar infexx jattakka lill-ġurnalisti ta’ Net TV.

Tony Zarb kiteb hekk:
“Qalluli li tan-Net diġa ‘bdew jipruvaw iġġelduna bejnitna.
Iva jghid x’jghid kullhadd nibqa’ nisħaq kemm huwa mportanti li nibqaw mghaqudin,ghax zgur li anki kull kumment se juzaw biex jattakawna.”

Pront wieġbu Brian Tonna, li kiteb li l-istorja għad tirrikonoxxi kemm, skont hu, Muscat ikkontribwixxa lill-pajjiż.

Il-kummenti ta’ Tony Zarb u Brian Tonna jaslu eżatt fil-jum meta Net News kixef il-mod li bih id-direttur ta’ Nexia BT qed jibqa’ jevita milli jaffaċja l-ġurnalisti.

Il-jum ukoll li fih Nexia BT issemmiet fil-Qorti fl-Inkjesta Publika li fetħet ilbieraħ, b’Matthew Caruana Galizia jgħid illi ma jistax jifhem kif sal-lum Nexia BT għad għandhom il-warrant ta’ accountants.