Illejla fetħet uffiċjalment ir-raba’ edizzjoni ta’ Misraħ il-Milied fid-Dar Ċentrali.
L-Organizzatur ta’ Misraħ il-Milied, id-Deputat Robert Cutajar, elenka numru ta’ attivitajiet li wieħed jista’ jara matul din il-ġimgħa fosthom wirjiet ta’ presepji u ta’ pitturi b’tema tal-Milied.
Għal sena oħra, id-Dar Ċentrali inbidlet f’atmosfera tipika tal-Milied fejn wieħed jista’ jiġi mal-familja fejn se jkun hemm attivitajiet kuljum matul din il-ġimgħa.
Misraħ il-Milied jagħlaq il-Ħadd 15 ta’ Diċembru.
//= $special ?>