Sport

69 premju f’erba’ kategoriji mill-Kumitat Olimpiku Malti fit-18-il edizzjoni

Il-Kumitat Olimpiku Malti organizza b’suċċess it-18-il edizzjoni tal-Premijiet Sportivi. F’din is-serata ġew onorati dawk l-atleti u timijiet li kisbu suċċess fid-dixxiplina tagħhom bejn Ottubru tas-sena l-oħra u Ottubru ta’ din is-sena. L-attenzjoni prinċipali kienet il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro. Rikonoxximent ingħata wkoll lill-atleti oħra li għamlu isem għalihom u għal Malta matul it-12-il xahar. B’kollox ġew ippreżentati 69 premju.

L-ogħla kategorija kienet dik tad-Deheb fejn fiha ngħataw 16-il premju. Dan hekk kif il-Kumitat Organizzattiv ħass li ħadd ma laħaq il-livell tal-kategorija Platinum.

F’indirizz waqt is-serata, iċ-chairman tal-Kumitat Organizzattiv William Beck feraħ lir-rebbieħa talli waslu għall-għan ewlieni. Hu semma b’mod partikolari l-messaġġ Olimpiku Citius, Altius, Fortius li jfisser biex atleta jaspira li jkun aktar veloċi, jilħaq l-ogħla quċċata u jkun l-aktar b’saħħtu.

Il-mistieden speċjali tas-serata kien l-eks ġinnast Ungeriż Szilvester Csollàny, ikkunsidrat wieħed mill-aqwa ġinnasti fl-istorja tal-Olimpjadi. Fil-karriera tiegħu, Csollàny kiseb il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Atlanta fl-1996 u Sydney erba’ snin wara. Hu kiseb ukoll ħames titli mondjali fil-ġinnastika artistika u llum hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis tal-ġinnastika fl-Ewropa.

L-unur tal-Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem rebaħ il-premju tal-aqwa Kunsill Lokali biex jippromwovi attivitajiet sportivi. Il-Mellieħa spiċċat fit-tieni post filwaqt li l-Kunsilli Lokali ta’ Marsaxlokk u ż-Żejtun temmew fit-tielet post. B’kollox kien hemm total ta’ 12-il nominazzjoni.

Hall of Fame

Fis-serata ġew introdotti erba’ personalitajiet fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti. Dawn kienu Gordon Asciak tat-Tennis, il-mibki Gerald De Gaetano tal-Atletika, Alfred Ellul Mercer mill-Weightlifting u John Zammit taċ-Ċikliżmu. Bl-eċċezzjoni ta’ De Gaetano li miet is-sena l-oħra, it-tliet personalitajiet l-oħra għadhom attivi fl-isport tagħhom.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello spjega li l-missjoni tal-KOM hu li jaħdem biex ikabbar il-valuri tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fil-komunità. Dan permezz ta’ proġetti bħal Youth Elite Scheme u appoġġ b’għajnuna lejn proġetti bħal Olympic Solidarity, edukazzjoni dwar il-ħsara tad-doping u inizjattivi fuq l-Ugwaljanza tal-Ġeneru fost proġetti oħra.

Lista ta’ Premijiet

Deheb

Sue Abela (Tenpin Bowling), Bader Almiloudi (Body Building), Duncan Bezzina (Billiards u Snooker), Eleanor Bezzina (Sparar), Lisa Marie Bezzina (Atletika), Gianluca Chetcuti (Sparar), William Chetcuti (Sparar), Derek Conti (Table Football), Hannah Cutajar (Triathlon), Tony Drago (Billiards u Snooker), Elusive 2 (Ibburdjar), Cynthia Frendo Duca (Tenpin Bowling), Jordan Gusman (Atletika), Kimberly Stanton (Karate), Sara Xuereb (Tenpin Bowling), Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting)

Fidda

Marie Claire Aquilina (Ċikliżmu), Mauro Anastasi (Tenpin Bowling), Claire Azzopardi (Atletika), Isaac Bezzina (Judo), Ella Borg (Ġinnastika), Dylan Cachia (Għawm), Andrew Chetcuti (Għawm), Francesca Curmi (Tennis), Katrina Esposito (Judo), Amani Faraoun (Taekwando), Matthew Galea (Għawm), Elaine Genovese (Tennis), Alexandra McGonigle (Għawm), Jeremy Saywell (Judo), Mark Spiteri (Tenpin Bowling), Harry Stacey (Għawm), Roberta Tabone (Weightlifting), Roderick Theuma (Body Building), Tim nazzjonali tal-Pool

Bronż

Mya Azzopardi (Għawm), Vlad Baldacchino (Weightlifting), Nicholas Beck (Golf), Andrew Borg (Golf), Matthew Camilleri (Weightlifting), Ruud Critien (Golf), Shaun Ciantar (Weightlifting), Francesca Falzon Young (Għawm), Sasha Gatt (Għawm), Ian Paul Grech (Atletika), Paula Grech (Atletika), JJ Micallef (Golf), Damien Mizzi (Atletika), Mikhail Umnov (Għawm), Michee Van Rooyen (Għawm), Martina Valletta (Għawm)

Unur Speċjali

Matthew Abela (Badminton), Jurgen Balzan (Table Football), Etienne Bonello (Ċikliżmu), Andre Camilleri (Għawm), Luke Ellul Sullivan (Għawm), Christian Formosa (Ċikliżmu), Emily Grech Carr (Għawm), Kayden Lagana (Tenpin Bowling), Scott Muscat (Pool), Rachela Pace (Atletika), Haley Pawley Neame (Għawm), Helene Pellicano (Tennis), Kijan Sultana (Squash), Lijana Sultana (Squash), Tenishia Thornton (Weightlifting), Tim nazzjonali taċ-Ċikliżmu, Tara Vella Clark (Ġinnastika), Dwayne Zahra (Tenpin Bowling)

Ikkummenta