Futbol Sport

Celtic ikomplu jiddominaw fl-Iskozja

(Ritratt: Celtic FC)

Celtic kisbu l-għaxar trofew konsekuttiv fl-Iskozja meta għelbu lir-rivali Rangers 1-0 fil-finali tal-League Cup Skoċċiża f’logħba li ntlagħbet f’Hampden Park. B’hekk huma komplew jibnu fuq it-tripletta domestika li kisbu fl-aħħar tliet staġuni.

Rangers iddominaw fl-ewwel taqsima, bil-gowlkiper ta’ Celtic Fraser Forster jispikka f’aktar minn okkażjoni waħda. Il-gowl rebbieħ wasal mas-siegħa logħob meta minn free-kick ta’ Ryan Christie, Christopher Jullien skorja b’konklużjoni mill-ewwel.

Alfredo Morelos falla ċans tad-deheb li jġib id-draw ftit wara meta kellu penalty salvat wara li ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Jeremie Frimpong, b’tal-aħħar jitkeċċa fl-azzjoni.  Għal Rangers ikompli t-tentattiv li jiksbu l-ewwel trofew mill-2011.