Lokali

Eżekuttiv ġdid għall-SDM – Keith Grima jinħatar President

Keith Grima se jkun qed imexxi l-eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda
Studenti Demokristjani Maltin – l-SDM

L-eżekuttiv il-ġdid se jkun qed jikkonsisti f’6 membri ġodda kif ukoll 9 membri diġa b’esperjenza fl-eżekuttiv

Luke Busuttil ġie fdat bl-irwol ta’ Viċi President u Liam Cassar ġie maħtur mill-ġdid bħala Segretarju Ġenerali għal mandat ieħor.

Bħala segretarju ġenerali inħatret Michela Pace

L-SDM irringrazzjat lill-membri li temmew il-karigi tagħhom fl-eżekuttiv
wara snin ta’ servizz u devozzjoni lejn din l-organizzazzjoni.

L-SDM saħqet ukoll li t-tim li għadu kemm ġie elett hu lest u mmirat għal sena oħra ta’ xogħol iebes u impenn.

Il-miri ewlenin tal-organizzazzjoni ser jerġgħu ikunu it-tisħiħ tar-relazzjonijiet u l-kuntatt mal-istudenti kollha madwar l-istituzzjonijiet

It-tim kollu qed jħares ‘il quddiem lejn sena ta’ suċċess.