Lokali

F’nofs kriżi nazzjonali… moħħhom biss fil-Lejber

Minkejja li l-Partit Laburista qed jipprova jwassal messaġġ li suppost se jibda paġna ġdida, il-mexxej Joseph Muscat għal darb’oħra ta’ x’jifhem li mhux se jwarrab. Filfatt fid-diskors tiegħu hu ddikjara li għalkemm mhux se jkun il-kaptan, se jibqa’ baħri…dan filwaqt li gew ripetuti il-buzz words ‘moviment’ u ‘Malta tagħna lkoll’ waqt il-farewell li Joseph Muscat għamel f’nofs din il-krizi politika.


JM: “jekk u meta l-mexxej il-ġdid isejjaħli biex ngħin se nkun hemm … biex Malta tibqa’ tagħna llkoll” … “kburi b’dan il-moviment”

U fl-isfond tal-aħbarijiet dwar  gwerra interna għat-tmexxija, Muscat qatta’ il-maġġor parti tad-diskors tiegħu jappella għall-għaqda.

Dan wara li falla dak li l-kandidat għal mexxej Robert Abela fisser bħala patt imxajtan.

Il-Kandidati fit-tellieqa għal mexxej tal-Partit Laburista

JM: “hemm min minn fostna jinkwieta li dan jista’ jkun il-mument li aħna ninfirdu, mument li aħna ninqassmu”  “aħna moviment maqgħud” “l-għazla tal-mexxej il-ġdid se taqqgħadna iktar milli aħna magħqudin.” “inħeġġiġkom biex nibqgħu maqgħudin f’dan il-moviment.” “Din l-għaqda li għandna u se jibqa’ jkollna” 

Joseph Muscat għażel ukoll li jattakka lin-nies li regolarment qed toħroġ tipprotesta.


JM: “nies li qed jipprotestaw, hemm minhom irribbjati. Ma nistax nikkumenta x’hinu vera u le” “minoranza li mhux interessata mill-ġustizzja, din il-minoranza żgħira”

U minkejja li jibqa’ jkaxkar siequ biex ma jirriżenjax, saħansitra ddikjara li refa’ iktar responsabbilta milli kellu jerfa’. Dan filwaqt li l-ħabib tiegħu Keith Schembri għadu jgawdi l-libertà minkejja l-akkużi fil-konfront tiegħu.


JM: “urejna kif aħna ma nħarrsu lejn wiċċ ħadd.”

Kummenti li jaslu fl-istess waqt li qrib il-Gvern għad hemm Sandro Craus, Kenneth Camilleri, Neville Gafa’, Konrad Mizzi u Chris Cardona li kollha ssemmew fl-investigazzjonijiet.

Intant… wara li mexxa’ Gvern li qala’ kritika internazzjonali għall-mod li bih tratta l-midja, Joseph Muscat ghamel din id-dikjarazzjoni –


JM: “irrid nara aktar libertà tal-espressjoni, anke meta tkun tfisser kritika lili l-ewwel wieħed.”
l-Eks Ministru Konrad Mizzi

Dan fl-istess waqt li uffiċjali tal-Partit Laburista reġgħu waqqfu lill-media milli tagħmel xogħolha waqt li ppruvaw jaħbu lil Konrad Mizzi.