Lokali

Il-Kap tal-PN jattendi għall-Protesta Nazzjonali fil-Belt

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li dan kollu li l-poplu Malti għaddej minnu fl-aħħar jiem issa qabeż il-linja tal-politika partiġġjana u sostna li pajjiżna nħakem minn ċirku ta’ kriminalità li ppossessa mill-Gvern Malti.

Adrian Delia spjega li dan huwa l-mument ta’ għaqda li jsejjaħ lill-Maltin u Għawdxin f’ġid komuni għal pajjiżna – lil’hinn mit-twemmin politiku, il’hinn mid-differenzi ta’ bejnietna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni finalment ħabbar li flimkien ma’ dawk kollha li qed jinġabru l-Belt Valletta lil hinn mill-partiġjanniżmu, huwa ser ikun preżenti fil-Protesta Nazzjonali sabiex ilkoll kemm huma ikunu vuċi waħda għal ġid ta’ Malta.

Huwa temm jgħid li huwa essenzjali li ningħaqdu bejnietna bħala Partit Nazzjonalista kif ukoll Soċjetà Ċivili għal ġid komuni li jistħoqlu dan il-pajjiż.



Ikkummenta