Illum jiftħu n-nomini tal-kandidati li se jkunu qed jikkontestaw għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista, wara li Joseph Muscat ġimgħa ilu ħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-kariga kemm ta’ Prim Ministru kif ukoll ta’ mexxej tal-Partit.
Muscat ħabbar dan wara żviluppi li poġġew lil pajjizna fl-agħar krizi politika tal-aħħar snin.
Sa issa kienu il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-konsulent ta’ Joseph Muscat, id-Deputat Robert Abela li esprimew l-intenzjoni li jikkontestaw għal din il-kariga.
Il-Ministru tat-Trapsort Ian Borg u l-MEP Laburista Miriam Dalli, li kien maħsub li kienu se jkun qed jikkontestaw għall-kariga, it-tnejn qalu li mhux se jkunu qed jixħtu isimhom għal din it-tellieqa.
In-nomini jibqgħu miftuħa sa nhar l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru u jekk ikun hemm iktar minn nomina waħda, kif filfatt jidher li se jkun hemm, l-elezzjoni għall-mexxej ġdid tal-Partit Laburista issir nhar il-11 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>