Lokali

Keith Schembri jerġa’ jinħeles

Għat-tielet darba, Keith Schembri reġa ġie arrestat u nħeles mill-ġdid wara li ta dikjarazzjoni lill-pulizija bid-dettalji dwar dak li kien jaf dwar ix-xogħol fantasma mogħti lil Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Schembri, l-eks chief of staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, ġie msejjaħ għall-interrogazzjoni mill-pulizija li qed tinvestiga għaliex Melvin Theuma ingħata impjieg tal-gvern ftit wara li qal li kien ikkummissjonat biex iħejji l-qtil.

Din kienet it-tieni darba li Schembri kien interrogat mill-pulizija dwar ix-xogħol li ġie mgħoti Theuma, li tiegħu kien jitħallas €1,200 fix-xahar. L-ispjegazzjoni li ta lilll-pulizija għadha ma saritx pubblika

Tony Muscat, l-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li impjegat lil Theuma bejn Mejju u Settembru 2017 qal lill-pulizija waqt interrogazzjoni li kien qed isegwi l-istruzzjonijiet ta Keith Schembri.

Melvin Theuma xehed fil-qorti li wara li ġie kkummissjonat il-qtil, Fenech infurmah dwar telefonata li kellu jirċievi mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Wara din il-laqgħa ma’ l-id il-leminija ta’ Joseph Muscat, Theuma kien gie informat li kien se jkun impjegat ma’ kumpanija tal-gvern li kienet responsabbli għat-titjib tal-propjetà tad-djar.

Huwa rċieva kważi € 5,000 għax-xogħol minkejja li ma rrapporta qatt għax-xogħol.

L-impjieg issemma wkoll f’ittra miktuba minn Theuma u li kopja tagħha nstabet fil-pussess Fenech wara l-arrest tiegħu.

Din kienet t-tielet darba li Keith Schembri ġie arrest u meħlus wara li ftit tal-jiem ilu kien ġie miżmum mill-Puizija b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia u darbtejn bejn is-Sibt u l-Ħadd b’rabta mal-impjieg fażull li ngħata Melvin Theuma