Internazzjonali

L-Indja: Għexieren ta’ mejtin fost in-nirien ġo fabbrika

Talanqas 43 ħaddiema tilfu ħajjithom fost nirien kbir li ħakmu fabbrika li tipproduċi l-basktijiet tal-iskola u li tinsab f’Delhi.

In-nirien żbruffaw fis-sigħat bikrin tal-Ħadd u ma damux biex infirxu madwar il-kumpess, għoli erba’ sulari, fil-kwartier antik tal-belt kapitali.

Dak il-ħin kien hemm talanqas 100 persuna reqdin fil-fabbrika, bir-rapporti jgħidu li salvaw għexieren ta’ nies. Oħrajn, iżda, mietu meta n-nirien avvanzaw mis-sulari ta’ taħt sat-tielet sular tal-bini, fejn kien hemm ammont kbir ta’ ħaddiema,

Sar magħruf, wara, li l-bini ma kenitx liċenzjata bħala kumpless li kapaċi jilqa’ għal dawn l-emerġenzi u meta kienet qed topera illegalment bħala fabbrika.

Il-Prim Ministru tal-Indja, Narendra Modi, fisser it-traġedja bħala ‘waħda terribbli’ u wassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi.