Lokali

Laqgħa oħra urġenti tal-MCESD

L-MCESD it-Tnejn se tkun qed terġa’ tiltaqa’ b’urġenza fid-dawl tal-mument ferm delikat li għaddej minnu pajjiżna bħalissa.

Il-laqgħa qed issir wara li l-membri tas-soċjetà ċivili, fosthom rappreżentanti tal-impjegati, unions u s-soċjetà ċivili, iltaqgħu mal-President fejn esprimew it-tħassib tagħhom.

Il-Ġimgħa, anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ ma’ numru ta’ membri tal-imsieħba soċjali fl-MCESD.

Adrian Delia qal li din mhix sitwazzjoni normali u ma nistgħux naġixxu daqslikieku business as usual. Għalhekk hemm bżonn pjan medium-term kif ukoll azzjonijiet immedjati biex niżguraw ir-riformi meħtieġa.

Fi tmiem il-laqgħa, Net News tkellem mal-unions u l-Korpi Kostitwiti li attendew.C

Fi tmiem laqgħa oħra urġenti tal-MCESD, li saret it-Tnejn li għadda, huma qablu li l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli mir-Rule of Law għandhom ikomplu jissaħħu.

Iddikjaraw ukoll li ħadd m’għandu jitqies ‘il fuq mil-liġi u li l-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir kif ukoll li s-sigurtà nazzjonali u l-istabbiltà jingħataw prijorità. Qalu li biex l-ekonomija Maltija tkompli tirnexxi, hu essenzjali li l-istabbiltà politika u soċjali tiġi lura għan-normal mill-iktar fis possibbli.