Lokali

Muscat redikolat fis-Sunday Times ta’ Londra

Fl-aħħar ħinijiet Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu kellu żjara fil-Vatikan fejn iltaqa’ mal-Papa b’mod mhux uffiċjali… żjara privata li ma kienetx miftuħa għall-media, għall-kontra ta’ kif normalment tkun żjara ta’ kwalukwe Prim Ministru fil-Vatikan.

Fid-dawl tal-kriżi li hawn bħalissa f’Malta, kriżi li qed tixxandar mad-dinja kollha, din iż-żjara laqtgħet l-għajn tal-media internazzjonali fejn anke s-Sunday Times ta’ Londra rrapurtat dan taħt it-titlu ‘Malta’s PM seeks a papal selfie, while its journalist pray for safety’.

Tant ġie redikolat Joseph Muscat, li anke il-media tal-Partit Laburista spiċċat tuża ritratt tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ma’ Muscat quddiem Kastilja biex forsi tagħti l-impressjoni li l-laqgħa kienet waħda uffiċjali.