Lokali

Santa Klaws iżur lit-tfal pazjenti f’Mater Dei

Santa Klaws, flimkien ma’ martu Mrs. Claus, is-Sibt filghodu zaru lit-tfal pazjenti fil-wards ta’ Disneyland u Wonderland biex iqassmilhom ir-rigali fl-isptar Mater Dei. Huwa ħa kedda liema bħalha għaliex kellu jixxabbat mal-ħitan minn fuq il-bejt biex irnexxielu jasal sa ħdejn it-tfal.

Din l-attività ġiet organizzata mill-iscouts tal-Mosta għall-ħames darba bit-tema: “Hospital Heroes: Santa Edition”. Membri tal-iscouts libsu ta’ karattri marbuta mal-Milied u permezz tal-abseiling, ixxabtu mal-ħitan tal-isptar għall-bitħa komuni tal-wards biex jittawlu lit-tfal rikoverati fit-twieqi tal-kmamar u jwasslulhom il-ferħ tal-Milied.

Keith Farrugia, li libes ta’ Santa Klaws, tana aktar tagħrif dwar l-attività filwaqt li Kimberly Vella spjegat l-impenn biex sar dan l-abseiling mal-ħitan tal-isptar

Din l-avventura għamiltha ukoll iċ-ċkejkna Martin Catanzaro li fissret magħna għalfejn riedet tagħmilha fl-età ta’ 6 sninC

Claire Catanzaro, Senior Practice Nurse f’dawn il-wards, elaborat aktar dwar dawn l-inizjattivi li jittieħdu għat-tfal fl-isptar

Din hija waħda miż-żewġ attivitajiet li jorganizza dan il-grupp Mosta għall-pazjenti ċkejknin fl-isptar Mater Dei.